Il-FIFA Referee tal-Beach Soccer Jude Amin Utulu ġie appuntat bħala uffiċjal għall-fażi finali tal-Euro Winners Cup 2015 li se tintlagħab f’Catania, Sqallija bejn it-2 u s-7 ta’ Ġunju.
Utulu, eks plejer ta’ Sliema Wanderers li għandu nazzjonalita’ Maltija u ilu għal snin twal jirreffja f’Malta, se jkun wieħed minn numru ta’ referees internazzjonali f’dan it-turnew.
Il-Euro Winners Cup hu turnew prestiġġjuż ħafna, tant li hu meqjus fl-istess livell taċ-Champions League tal-futbol hekk kif klabbs minn madwar l-Ewropa jikkompetu għall-aqwa unur tal-beach soccer fl-Ewropa.
Fl-edizzjoni ta’ din is-sena se jieħdu sehem 28 klabb minn 23 pajjiż differenti maqsuma f’7 gruppi.
Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).
//= $special ?>

