Il-winger mill-Kamerun iżda magħruf sew f’Malta, Njongo Priso jista’ jirritorna jilgħab f’pajjiżna mill-istaġun li ġej hekk kif hemm numru ta’ klabbs, fosthom iċ-champions Hibernians u Valletta, li qed juru interess fl-akkwist ta’ dan il-plejer.
Priso, li għandu 26 sena u possibilment jista’ jsir Malti dalwaqt u allura jkun disponibbli għall-kowċ nazzjonali Malti, kien qed jilgħab l-aħħar fl-Ungerija ma’ Győri ETO FC fl-ogħla diviżjoni tal-pajjiż.
F’Malta Priso lagħab ma’ Msida St. Joseph u Valletta rispettivament biex eventwalment ħalla Malta fl-2010 biex mar jilgħab f’Ċipru ma’ AEK Larnaca. Riċentament lagħab ukoll fil-Bulgarija ma’ CSKA Sofia u fir-Rumanija ma’ Petrolul Ploiești.
Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).
//= $special ?>

