Il-messaġġ tal-Kap tal-PN Simon Busuttil kien wieħed ta’ difiża favur l-ambjent; messaġġ li fih qal li l-poplu għandu dritt u obbligu li jiddefendi l-ambjent taż-Żonqor.
Filwaqt li tkellem dwar is-sbuħija naturali tal-post, Simon Busuttil qal li l-poplu għandu jkun jaf ukoll għaliex il-Gvern għażel dan is-sit u x’hemm wara din id-deċiżjoni. Hu kompla li l-Oppożizzjoni diġa’ talbet li r-rapport dwar l-għażla ta’ dan is-sit ikun diksuss fil-Kumitat Parlamentari dwar l-Ambjent. Jeħtieġ li jkun hemm traspatenzza fl-għażla ta’ deċiżjonjiet ambjentali, sostna l-Kap tal-PN, li kompla li l-oġġezzjoni tal-poplu mhix biss fuq l-aspett ambjentali iżda wkoll fuq it-tip ta’ proġett. Dan għall-fatt li propju ftit ġranet wara l-iffirmar tal-ftehim mal-investituri Ġordaniżi, il-gvern ippubblika avviż legali li bih niżżel il-livell rikjest għal università f’Malta.
L-Oppożizzjoni qed tinsisti wkoll li dan l-avviż legali jkun diskuss fil-parlament biex il-poplu jkun jaf ukoll x’wassal biex il-gvern ħa din id-deċiżjoni fis-settur edukattiv. Il-pajjiż għandu jgħolli l-livelli edukattivi u mhux ibaxxihom, sostna Simon Busuttil.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni appella lil Prim Ministru biex jerġa’ lura mid-deċiżjoni li jeqred iż-żona. Il-Prim Ministru għandu jisma’ mis-soċjetà ċivili, mill-politiċi taż-żewġ naħat, mill-għalliema tal-università, mill-ambjentalisti, mill-knisa, mill-kaċċaturi, mill-istudenti u minn dawk li huma kontra dan il-proġett. Irridu dikjarazzjoni ċara u mhux ambigwa. Dikjarazzjoni li ż-Żonqor mhux għall-bejgħ u li ż-Żonqor hu tagħna lkoll.
Jekk din id-dikjarazzjoni ma tiġix aħna lesti niġu hawn u niddefendu l-ambjent taż-Żonqor. Jekk il-gvern ma jasalx biex jisma’, inwassluh biex jisma'”, ‘iddikjara l-Kap tal-Oppożizzjoni.
Simon Busuttil qal li l-poplu se jieqaf fuq saqajh; dan tal-lum hu mesaġġ ta’ għaqda. Id-diskors tad-deputat Laburista Marlene Farrugia jeħtieġ kuraġġ kbir. Dwar l-isfida ta’ Marlene Farrugia fuq il-politika tal-PN favur l-ambjent, il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li l-PN se jkun differenti mhux biss mill-PL iżda anki mill-istess PN li ggverna għal 25 sena.
Nirrikonoxxu l-iżbalji li għamilna u nitgħallmu minnhom. Din hi differenza bejni u bejn Joseph Muscat. Jien nitgħallem mill-iżbalji li jwettaq partit li jkun fil-gvern, waqt li Joseph Muscat mhux biss ma jitgħallimx mill-iżbalji iżda jagħmel agħar minnhom. Din tal-lum mhix għajta politika iżda dmir ta’ partit li jiddefendi l-ambjent. Jeħtieġ, sostna Simon Busuttil, li żoni mhux żviluppati jkunu protetti u jkunu biss dawk l-affarijiet li jridu jsiru li jsiru barra mi-zoni tal-iżvilupp. Kull tip ta’ żvilupp ieħor għandu jsir f’żoni li diġa’ huma żviluppati.
Il-Kap tal-PN qal li l-bdiewa taż-Żonqor jistgħu jaħsbu li huma weħidhom iżda fil-fatt m’humiex. Magħhom hawn aħna u għalhekk il-bdiewa m’humiex żgħar fl-ammont iżda magħhom hemm il-poplu li hu determinat li jipproteġi l-ambjent, sostna Simon Busuttil.
//= $special ?>
