Lokali

Thomas Bugeja: La hu investiment Amerikan u lanqas edukattiv

Iż-żagħżugħ minn Marsascala Thomas Bugeja sostna li minkejja d-dikjarazzjonijiet tal-Gvern, l-investimnent propost għaż-Żonqor la jidher li hu investiment edukattiv u lanqas minn unviserità Amerikana.

Meta kien qed jindirizza l-l-protesta fiż-Żonqor, iż-żagħżugħ Thomas Bugeja qal li l-proġett ta’ bini fiż-Żonqor imur lil hinn mill-wegħda elettorali Laburista u se jwassal għall-qerda tal-ambjent flok għall-konservazzjoni tal-wirt naturali. Hu sostna li jkek iil-gvern irid ir-riġenerazzjoni ta’ Marsacala għandu jenfażizza l-aspett turistiku fosthom billi jsir investiment fil-Lukanda Jerma.

Thomas Bugeja kompla li l-fatti huma li l-proġett ta’ università fiż-Żonqor la hu proġett edukattiv u lanqas investiment Amerikan. Dan għall-fatt li l-kumpnaija Ġordaniża li se tinvesti m’hix involuta fl-edukazzjoni waqt li l-Università de Paule tal-Amerikan diġa’ iddikjarat li m’hix interessata li tibni università f’Malta.