Lokali

Tork fil-periklu tal-mewt wara li qala’ daqqa t’ arma bil-ponta fil-Gżira

Raġel Tork ta’ 40 sena residenti San Ġwann jinsab fil-periklu tal-mewt wara li kien involut f’argument fi Triq ix-Xatt il-Gżira. L-inċident seħħ għall-ħabta tad-20:45 tal-bieraħ filgħaxija.

Jidher li r-raġel kien allegatament ferut minn raġel ieħor wara li għal xi raġuni qam argument bejniethom.

Il-ġrieħi li sofra r-raġel ta’ 40 sena x’aktar saru permezz ta’ oġġett li jaqta’ bil-ponta. Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ Ambulanza.

Il-Pulizija qiegħda żżomm persuna sabiex tgħinha fl-investigazzjonijiet tagħha.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Doreen Clarke li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.