Futbol Sport

Alfred Effiong jinteressa lil Hibernians u Balzan

Balzan u Hibernians qed juru interess fl-akkwist tal-attakkant internazzjonali Malti Alfred Effiong li għad għandu tliet snin oħra kuntratt ma’ Qormi FC.

Hu fatt magħruf li Effiong issa se jkun qed jattira aktar interess mill-klabbs ladarba dan ġab iċ-ċittadinanza Maltija u m’għadux jitqies bħala barrani tant li din is-sena lagħab għat-tim nazzjonali Malti mmexxi mill-kowċ Pietro Ghedin.

Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).