Futbol Sport

Branko Nisevic iġedded b’sentejn ma’ Hibernians

Il-kowċ ta’ Hibernians Branko Nisevic ġedded il-kuntratt tiegħu maċ-Champions b’sentejn oħra wara li rnexxielu jwassal lill-klabb għal dominju tal-Kampjonat Premier fl-istaġun li għadu kif intemm.

Nisevic ilu jmexxi lil Hibernians sa minn Mejju tal-2013 minflok Michael Woods, li kien laħaq ftehim biex ixolji l-kuntratt.

Branko Nisevic hu eks plejer tal-istess Hibernians u f’pajjiżna lagħab ukoll għal Pieta’ Hotspurs, Valletta, Sliema Wanderers u Birkirkara, fejn kien ukoll assistent kowċ ta’ Paul Zammit. Nisevic kien fdat ukoll b’pożizzjoni fiċ-Ċentru Tekniku tal-MFA, mexxa lit-tim anzzjonali ta’ taħt id-19-il sena kif ukoll kien assistent kowċ tat-tim nazzjonali.

Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).