Ċiklist ta’ 34 sena weġġa’ gravi wara li fl-9:40am ta’ dalgħodu ttajjar minn karozza tat-tip Mitsubishi Pajero Junior, misjuqa minn anzjan ta’ 72 sena fi Triq L-Għarb, l-Għarb.
Dan huwa inċident iehor minn sensiela ta’ inċidenti fl-aħħar ġimgħat li fihom kienu nvoluti ċiklisti.
L-inċident tat-traffiku qiegħed jiġi investigat mill-Pulizija tad-Distrett tar-Rabat, Għawdex.
//= $special ?>