Lokali

Filmat: Muscat dwar Marlene Farrugia: This is a free world

Jibqa’ jsostni li ż-Żonqor hu l-aħjar post għall-iżvilupp iżda ma jispeċifikax x’wassal lill-Gvern jagħżel iż-Żonqor

Il-Prim Ministru Joseph Muscat naqas milli jieħu pożizzjoni dwar il-parteċipazzjoni tad-Deputat Laburista Marlene Farrugia fil-protesta kontra l-qerda taż-Żonqor u qal biss “it’s a free world“. Din kienet l-istess tweġiba li l-Prim Ministru ta meta kien ippressat mill-ġurnalisti biex iwieġeb dwar il-mod kif il-partitarji Laburisti qed iħossuhom quddiem il-kritika tad-Deputat Laburista Marlene Farrugia għall-proġett taż-Żonqor.

F’kummenti lill-ġurnalisti fi tmien żjara fl-uffiċini l-ġodda tal-Maypole f’Ħal Qormi, il-Prim Ministru qal li għalih il-pożizzjoni ta’ Marlene Farrugia huma għażliet li jagħmlu l-persuni u m’għandux problemi bl-għażliet tal-persuni.

Mistoqsi dwar x’wassal lill-Gvern biex jagħżel iż-Żonqor, il-Prim Ministru qal li ż-Żonqor jibqa’ l-aħjar post għas-sit tal-Univeristà. Madankollu, il-pjani tal-Gvern huma li titnaqqas l-art li fuqha jsir l-iżvilupp, filwaqt li sostna li hu fiduċjuż li l-affarijiet se jiġu f’posthom fil-każ dwar l-iżvilupp propost taż-Żonqor.