Lokali

IL-ĠURNALI DALGĦODU

Ħarsa lejn il-gazzetti tal-lum it-Tnejn, l-1 ta’ Ġunju.

IN-NAZZJON b’ritratt kbir li juri l-folla li attendiet ilbieraħ għall-attivita’ fiż-Żonqor kontra l-iżvilupp propost mill-Gvern Laburista f’nofs l-għelieqi.

THE TIMES OF MALTA jikkwota lid-deputat laburista Marlene Farrugia tgħid illi l-wirt naturali tagħna mhux għall-bejgħ.

THE MALTA INDEPENDENT ukoll tippubblika din l-istorja bi prominenza fil-faċċata, fejn naraw lill-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil akkumpanjat minn Marlene Farrugia fiż-Żonqor.

Il-ġurnal tal-GWU L-ORIZZONT jgħid illi mal-500 persuna marru jipprotestaw fiż-Żonqor.