Futbol Sport

Jacques Scerri jħalli lil Pembroke – jista’ jingħaqad ma’ Tarxien Rainbows

Il-kowċ ta’ Pembroke Athleta Jacques Scerri ħabbar li mhux se jkompli fit-tmexxija tal-klabb neo-promoss wara li kif ħabar dan is-sit, hemm tliet klabbs tal-Premier interessati fih.

Fost il-klabbs hemm Tarxien Rainbows li għandhom bżonn sostitut ta’ Clive Mizzi.

Madankollu s’issa Scerri għadu ma ħax deċiżjoni dwar il-klabb li jmiss u matul din il-ġimgħa mistennija jkomplu n-negozjati ma’ dawn il-klabbs.

Mistenni jħalli anke’ lil Pembroke l-assistent tiegħu Gregory Degabriele waqt li bħalissa għaddejjin negozjati ma’ konsorzji barranin għat-tmexxija tal-klabb.

Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).