Aġġornata: It-tfal ġew ċertifikati li qed isofru minn ġrieħi ta’ natura ħafifa.
Mara u żewġt itfal ittieħdu l-isptar Mater Dei wara ħabta head on, għall-ħabta tas-1355pm, fi Triq Sir Temi Zammit, l-Imġarr, Malta.
Mill-ewwel stħarrig jidher li l-inċident seħħ bejn vettura tat-tip Mercedez Benz misjuqa mill-mara fid-direzzjoni tal-Mosta u Land Rover misjuqa minn ragel ta’ 71 sena mill-Imġarr li kien qed isuq fid-direzzjoni tal-Imġarr stess.
Il-mara, li għandha 37 sena mill-Mosta u ż-żewġt itfal, tifla ta’ disa’ snin u tifel ta’ ħames snin, ittieħdu b’ambulanza l-Isptar Mater Dei, fejn qed jingħataw il-kura meħtieġa.
It-triq tinsab magħluqa għat-traffiku sakemm tiġi stabbilita l-kundizzjoni medika tagħhom.
Il-Pulizija tad-Distrett tal-Mosta u membri tas-Sezzjoni tat-Traffiku bħalissa jinsabu fuq il-post.
//= $special ?>