Aġġornata:
F’laqgħa li saret mal-Assoċjazzjoni Medika ta’ Malta, li tirrapreżenta lit-tobba, l-awtoritajiet tal-isptar qalu li l-overtime tat-tobba mhux se jintmess. Huma spjegaw li dan kollu nqala’ minħabba misunderstanding, wara li sar xi tibdil fis-sistema tat-teknoloġija tal-informatika fl-isptar Mater Dei. Huma sostnew li t-tobba xorta se jkunu jistgħu jitħallsu għall-ħidmiethom wara s-2.30pm, billi jimlew formola apposta.
Iktar kmieni:
Ħafna huma irrabjati għall-fatt li l-Gvern qed jixxaħħaħ mas-sistema tas-saħħa. Mat-tobba li jaħdmu l-Mater Dei. Mal-professjonisti li xogħolhom hu li jikkuraw u jsalvaw il-ħajjiet.
Il-bidu ta’ Ġunju fisser li l-overtime tat-tobba twaqqaf ghal kollox, f’miżura li jidher li se tfisser pressjoni akbar fuq il-professjonisti kollha. Dan għaliex ċertu interventi medici ma jistgħux jiġu determinati b’hin. Izda skont il-htiega li jkun hem fil-kazi partikolari.
U agħar minn hekk, it-tobba ma gewx infurmati direttament b’dawn il-manuvri. Saru jafu biss meta ħarġet ir-roster, fejn ġie implikat illi mhux se jithallsu jekk jaqbżu s-sighat normali tax-xoghol.
Din id-decizjoni tal-Gvern se taffetwa mat-300 tabib li gradwaw fl-ahhar snin, izda se taffetwa wkoll il-pazjenti li qed jircievu kura fl-Isptar Mater Dei.
Fi kliem qasir, it-tobba affetwati huma dawk li jahdmu bejn it-8am u s-2:30pm, u li jakkumpantaw lill-konsulenti. Hafna drabi, minhabba x-xoghol kbir li hemm fl-Isptar, dawn it-tobba kienu jdumu xogħol sa saghtejn fuq il-hin, jew anke aktar.
Issa, ix-xogħol li kienu jagħmlu dawn it-tobba se jaqa’ fuq dawk li jaħdmu wara s-2:30pm, u li diġa’ għandhom pressjoni kbira fuqhom.
//= $special ?>