Ftit tal-ħin ieħor fil-Parlament, il-Ministru tas-Saħħa Konrad Mizzi se jkun qed jippreżenta fil-Parlament ir-rapport li lesta l-bord responsabbli mill-inkjesta dwar l-allegat konkos inferjuri li ntuża fil-bini tal-Isptar Mater Dei partikolarment fid-Dipartiment tal-Emerġenza.
Qabel ippreżentah fil-Parlament, waqt konferenza tal-aħbarijiet f’Kastilja l-Ministru Konrad Mizzi qal li l-Gvern se jkun qed ifittex lill-kumpanija Skanska għaliex kellha responsabbilta’ ċara fil-proġett.
Il-konferenza tal-aħbarijiet indirizza anke s-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa Chris Fearne li qal li minbarra ħsarat fl-istruttura tal-isptar hemm anke ħsarat fid-disinn tal-isptar bir-rapport tal-inkjesta jghid li anke f’dan il-każ ir-responsabbilta’ taqa’ fuq Skanska.
Skont il-Ministru r-rapport jgħid li hemm każ ta’ frodi min-naħa tal-kumpanija Skanska hekk kif erbgħa minn kull ħames testijiet dak iż-żmien saru mill-kuntrattur innifsu, jiġifieri minn Skanska.
Min-naħa tieghu l-Ministru Mizzi tkellem dwar il-Project Closure Agreement li kellu klawsola numru 2 li hi dwar il-‘waiver’ li ġiet iffirmata biex ikunu solvuti l-klawsoli li kien hemm bejn il-gvern u Skanska minħabba li l-kuntratt tal-proġett tibddel diversi drabi.
Tkellem wkoll dwar il-klawsola numru 9.1 li biha l-kumpanija Skanska tgħid li min-naħa tagħha l-proġett hu magħluq. Għalkemm issa l-gvern qed jgħid li għalkemm dik il-‘waiver’ tillimitah milli jfittex lill-kumpanija xorta waħda jista’ jzomm responsabbli tal-ħsarat fil-binja.
Il-Ministru Mizzi qal ukoll li r-rapport se jingħata lil Avukat Ġenerali biex ikun jista’ jipproċedi min-naħa tiegħu u li l-Gvern se jqabbad tim legali, magħmul anke minn barranin, biex ikun jista’ jfittex lil Skanska.
//= $special ?>