Rodwan Aghil, tifel ta’ 10 snin , tifel li nhar is-Sibt li għadda miet wara li ttajjar fi Triq Sant’Andrija f’Pembroke.
It-tifel, jidher li ftit qabel seħħ l-inċident, ħareġ mid-dar tal-ġenituri tiegħu f’Pembroke biex imur jixtri mingħand ħanut tal-ħelu fl-Ibraġġ. Kien fil-ħin li qasam it-triq, li t-tifel ittajjar minn karozza misjuqa minn Tork ta’ 38 sena li jgġix San Pawl il-Baħar.
L-identifikazzjoni tat-tifel kienet diffiċli, minħabba li fuqu ma kellu l-ebda dokument ta’ identifikazzjoni u fil-fatt familjari li tkellmu magħna qalulna li l-ġenituri tat-tifel saru jafu bid-diżgrazzja tliet sigħat wara li seħħ l-inċident.
Fuq is-siti soċjali, Rodwan kien deskritt bħala tfajjel ferrieħi u eżemplari u tfajjel li kien iħobb ħafna l-futbol, filfatt f’Malta kien anke’ jilgħab il-futbol u kien jipprometti.
//= $special ?>