Kurżitajiet

Taxi mhux tas-soltu f’Tajwan

Taxi mhux tas-soltu fit-toroq tat-Tajwan…McLaren P1 u li tiswa aktar minn miljun ewro. Imma filwaqt li verament hemm kumpannija tat-taxi partikolari f’Tajwan fejn wieħed jista’ jitwassal fejn irid b’Lamborghini Gallardo Spyder jew Maserati GranTurismo Coupé, jidher li xi ħadd poġġa t-tabella ta’ ‘taxi’ fuq il-McLaren bħala ċajta.

Imma għal min hu interessat wieħed jista’ jikri Lamborghini Gallardo Spyder b’xuffier għal madwar 200 ewro u għaxar ewro għal kull minuta filwaqt li Maserati GranTurismo Coupé tinkera għal madwar 170 ewro u wkoll xi għaxar ewro kull minuta.