Futbol Sport

Tedesco jiffirma ma’ Birkirkara – jixtieq lil Moscardelli fl-attakk ma’ Miccoli

L-iskorer prolifiku ta’ 35 sena, Davide Moscardelli hu wieħed mill-plejers li l-kowċ il-ġdid ta’ Birkirkara, Giovanni Tedesco jixtieq li jġib miegħu flimkien ma’ Fabrizio Miccoli fil-bidu tal-avventura l-ġdida tiegħu.

Din l-aħbar kienet żvelata fuq il-paġna Replay (Net Television) ftit biss wara li Tedesco ffirma l-kuntratt tiegħu u ġie ppreżentat minn Birkirkara.

Giovanni Tedesco

Dan is-sit hu infurmat li fil-laqgħa li Tedesco kellu llum ma’ Birkirkara, it-Taljan issuġerixxa l-isem tal-attakkant li twieled fil-Belġju, Moscardelli, magħruf bħala Battigol għaliex kemm il-darba kien paragonat ma’ Gabriel Batistuta b’mod speċjali fiż-żmien li lagħab fis-Serie B.

Moscardelli kien jilgħab fis-Serie A iżda għandu esperjenza kbira fis-Serie B u kien qed jilgħab l-aħħar ma’ Lecce, flimkien ma’ Fabrizio Miccoli.

Flimkien ma’ Moscardelli, Tedesco diġa’ issuġerixxa numru ta’ attakkanti oħra Taljani tal-fiduċja tiegħu u li lagħbu xi darba jew oħra fis-Serie A fl-Italja.