Il-Gvern ma ħareġ ebda sejħa pubblika għall-kariga ġdida li ħoloq ta’ Kap Eżekuttiv tal-Orkestra Filarmonika Nazzjonali.
Dan ikkonfermah il-Ministru Owen Bonnici għal mistoqsija parlamentari tax-Shadow Minister Jason Azzopardi, li staqsa lill-Ministru jgħid x’remunerazzjoni, inklużi l-perkaċċi kollha, għandha din il-persuna li tokkupa din il-kariga.
Il-Ministru Zammit Lewis qal li din hi kariga ġdida li ma kienx hemm fil-leġiżatura li għaddiet għaliex kien hemm biss il-kariga ta’ Chairman li ma kinitx waħda full-time. Il-ħatra preżenti hi ta’ Chair-Eżekuttiv u għaldaqstant il-pakkett finanzjarju jirrifletti din il-pożizzjoni.
Filwaqt li qal li din il-kariga qed iġġorr magħha l-massimu ta’ Skala 5, u għandu mowbajl allowance, il-Ministru ma poġġiex fuq il-mejda tal-Kamra l-kuntratt marbut ma’ din il-kariga.
//= $special ?>