It-turisti li waslu f’Malta f’April żdiedu b’2.4% iżda naqsu t-total ta’ ljieli b’0.4%.
L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) qal dan waqt li spjega li t-total ta’ turisti f’April li għadda laħaq 153,566, li minnhom, 1,642 daħlu Malta abbord cruise liner.
Imqabbel ma’ April tas-sena li għaddiet, it-turisti minn pajjiż ieħor tal-UE żdiedu b’6.4% waqt li l-ispiża tat-turisti f’Malta żdiedet bi 3.8%.
Malta kienet l-iktar popolari għat-turisti ta’ bejn il-25 u l-44 sena, segwita minn dawk ta’ bejn il-45 u l-64 sena.
L-NSO ħareġ ukoll iċ-ċifri għall-ewwel erba’ xhur tas-sena li juru li, eskluż il-passiġġieri tal-cruise liners, Malta kellha żieda ta’ 5.7% fuq l-istess erba’ xhur tal-2014. It-total ta’ ljieli żdiedu bi 3.5% u l-ispiża, b’6.8%. Ras għal ras, kull turist f’Malta nefaq €773 li hi żieda ta’ 1% fuq l-2014.
//= $special ?>