Lokali

Filmat: Tisraq minn basket f’ħanut taż-żraben

Filmat ġdid minn kameras tas-sigurta’ ħanut taż-żraben juri kif mara ppretendiet li qed tipprova żarbun bħala skuża biex tkun tista’ tisraq minn basket ta’ mara oħra li kienet fil-ħanut.

Kif jidher fil-filmat, il-mara poġġiet bilqiegħda tbiddel iż-żarbun u kif kienet baxxuta daħħlet idejha f’basket li kien mal-art u ħadet xi oġġetti minnu. U ma ddejqitx li eżatt ħdejn il-basket kien hemm omm il-vittma tas-serqa.

Imma l-mara ma kinitx kuntenta u wara ftit, x’ħin il-basket tħalla waħdu għal ftit sekondi, marret lura għalih u ħadet ukoll Ipad.

Dan il-każ seħħ fis-16 ta’ Mejju li għadda u kull min kien fil-ħanut dakinhar jew jagħraf lill-mara qed jintlaba jagħmel rapport lill-Pulizija inkella jgħaddi l-informazzjoni b’mod kunfidenzjali.