Lokali

Front Ħarsien ODZ isejjaħ għal pubblikazzjoni tal-ftehim ma’ Sadeen

Il-Front Ħarsien ODZ qiegħed jissejjaħ għall-pubblikazzjoni immedjata tal-ftehim iffirmat bejn il-Gvern ta’ Malta u l-kumpanija ta’ Sadeen, rigward il-proposta tal-iżvilupp ta’ Università bħalissa qegħda tiġi proposta f’żona barra miż-żoni ta’ żvilupp, f’Żonqor, Marsaskala.

Il-Front fi stqarrija qal, ‘Il-pubblikazzjoni ta’ dan il-ftehim huwa neċessarju. Kull ċittadin Malti jistħoqlu li jkun jaf għalxiex ikkommetta ruħu l-Gvern.’

Il-Front Ħarsien ODZ jappoġġja wkoll is-sejħa għal dibattitu immedjat fil- Kumitat tal-Parlament għall-Ambjent u l-Iżvilupp. Id-dokumenti kollha u r-rapporti konnessi mal-proġett għandhom jitpoġġew fuq il-mejda u jiġu ppubblikati, sabiex jiġi żgurat skrutinju sħiħ minn dan il-kumitat.