Futbol Sport

Il-Juventus Club Cuore Bianconero iħabbar ġemellaġġ ma’ klabb f’Montella

Il-Juventus Club Cuore Bianconero tal-Imrieħel ħabbar ġemellaġġ mal-Juventus Club Montella Gaetano Scirea fi ftehim li se jara liż-żewġ klabbs jaħdmu iktar mill-qrib fil-futur.

L-ewwel laqgħa bejn membri taż-żewġ klabbs se ssir nhar is-Sibt li ġej meta ż-żewġ klabbs ikunu preżenti għall-finali taċ-Champions league bejn Juventus u Barcelona f’Berlin. Filfatt f’intervista lil irpinaoggi.it, il-membri tal-klabb ta’ Montella tkellmu dwar dan il-ġemellaġġ.

“Il-ġemellaġġ mal-Juventus Club Malta Cuore Bianconero se jkun wieħed mill-mumenti li se nibqgħu niftakru waqt il-vjaġġ tagħna lejn Berlin għall-finali taċ-Champions League.”

Montella hu villaġġ żgħir qrib Napli bil-klabb Juventus Montella Gaetano Scirea li bħall-Cuore Bianconero qed jikber b’rata mgħaġġla ħafna.

Ritratt: Membri tal-Juventus Club Montella