Il-kumpanija CampbellGray Hotels ser jbdew programm estensiv ta’ rinovazzjoni fil-lukanda Phoenicia bejn l-14 ta’ Novembru 2015 u il-31 ta’ Marzu 2016 fejn il-lukanda se tkun qed tagħlaq il-bibien tagħha sabiex tippermetti li x-xogħol jseħħ mingħajr ir-riskju ta’ tfixkil għall-klijenti tagħha .
Wara investiment ta’ 15-il miljun ewro, il-programm ta’ ħames xhur ta’ restawr għal din il-lukanda maħbuba fil-qalba tal-belt kapitali, il-belt Valletta, ser jinkludi rinovazzjoni u titjib fil-136 kamra tas-sodda, kif ukoll fil-kmamar tal-banju, żvilupp ta’ Suites ġodda fis-sular ta’fuq bl-isem ta’ “Sky Suites”, bidla tal-pixxina ‘f’infinity pool’ b’veduti tal-port, bidla fil-ġonna tal-lukanda kif ukoll tat-terazzi u restawr tal-faċċata klassika tal-Phoenicia, fost diversi investimenti oħra.
Is-sbuħija arkitettonika tal-lukanda Phoenicia hija meqjusa bħala waħda mill-isbaħ f’Malta, u t-tnedija ser tkun simpatetika għall-wirt ħistoriku tal-lukanda b’disinn speċalizzat minn Peter Young Design u Mary Fox Linton .
Gordon Campbell Gray stqarr: “Minn dejjem kelli ix-xewqa li nirrestawra lukanda grandjuża bħal-Phoenicia u opportunijiet bħal dawn rari jseħħu. Il-filosofija wara r-rinnovazzjoni tal-Phoenicia hija dik ta’ restawr tal-lukanda oriġinali filwaqt li fl-istess ħin tinħass iktar kontemporanja biex b’hekk tkun iktar relevanti għal-vjaġġaturi internazzjonali tal-llum. L-opportunità li naħdem mat-tim professjonali tal-Phoenicia li, matul is-snin, ikkontribwixxew għas-suċċess u l-popolarità tal-lukanda, hija opportunità li qed nistenna bil-ħerqa. ”
Mark Shaw min Hazeldene Group, il-kumpanija wara l-investiment fil-lukanda Phoenicia ibbażata f’ Edinburgh, ikkumenta: “Ninsabu ferm kuntenti b’Gordon u t-tim eċċellenti tiegħu li qegħdin jaħdmu bi ħġarhom sabiex jinħareġ il-potenzjal kollu ta’ din il-lukanda u b’hekk jissorveljaw il-kapitolu li jmiss fil-miġja tal-Phoenica.”
Biż-żieda ta’ suites u ta’ l-iSpa kif ukoll l-estensjoni fir-ristoranti ser joħloqu iktar opportunitajiet ta’ xogħol.
//= $special ?>

