Lokali

AĠĠORNATA: jinqata’ d-dawl fin-naħa t’isfel ta’ Malta

Diversi lokalitajiet fin-naħa t’isfel ta’ Malta jinsabu bla dawl.

Fost ir-rapporti li daħlu għand dan is-sit jirriżulta li din is-sitwazzjoni qed taffettwa lill-Gudja, iż-Żejtun, Ħal tarxien, Ħal Għaxaq, l-imqabba, Ħal Kirkop, Ħal Far, il-Qrendi, Marsaskala, Santa Luċija, Birżebbuġa, il-Birgu, Bormla, l-Isla u Ħaż-Żabbar fost l-oħrajn.

Il-qtugħ tad-dawl qed jolqot ukoll il-Port Ħieles bil-konsegwenza li xi makkinarju ma jistax jintuża. Dan wassal biex xi vapuri qed jistennew barra l-faċilitajiet tal-Freeport sakemm is-sitwazzjoni tiġi lura għan-normal.

Affetwati wkoll numru ta’ fabbriki u postijiet tax-xogħol.

Jidher li l-provvista tad-dawl inqatgħet għall-ħabta tat-8:15am. Sa siegħa wara, id-dawl reġa’ beda ġej fil-lokalitajiet taż-Żurrieq, Marsaskala, il-Fgura u ż-Żejtun. Ir-residenti tal-Kalkara u Santa Luċija ikkonfermaw ma’ dan is-sit li kienu għadhom bla dawl.