Internazzjonali Kurżitajiet

Jikser rekord wara li dam jissara ma’ ħuta kbira

Sajjied tal-qasba rnexxielu jikser ir-rekord meta tella’ ħuta tal-ilma ħelu ta’ 29 kilo wara li dam jissara magħha mal-45 minuta.

Lawrence Dillman kiser ir-rekord tal-istat ta’ Missouri wara li qabad din il-ħuta bil-qasba. Biex tellagħha, dam tliet kwarti jissara magħha biex irnexxielu jressaqha lejn ilma baxx biex imbagħad daħal għaliha fl-ilma u qabadha bejn iż-żewġ idejh biex tellagħha fuq l-art.

Qal li nduna li kellu ħuta tajba imma ma ndunax x’kienet sakemm tellagħha. Is-sajjied, li jistad bil-qasba kuljum, qal li rnexxielu jtella’ ħut saħanistra ikbar mill-baħar imma din kienet l-ikbar ħuta li qabad fl-ilma ħelu.