Sport Sport Ieħor

L-ewwel midalja Maltija fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tasal fl-Isparar

L-ewwel midalja għal Malta fis-16-il edizjzoni tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar, li qed isiru fl-Iżlanda, waslet fl-ewwel jum ta’ kompetizzjoni u kienet fid-dixxiplina tal-Isparar. William Vella (ritratt) rebaħ il-midalja tal-bronż fil-kompetizzjoni Air Rifle minn 10 metri meta kiseb total ta’ 174.2 punti.

Il-kompetizzjoni ntrebħet minn Mark-Andre Reinhard Kessler ta’ Liechtenstein, li kiseb total ta’ 198.8 punti, filwaqt li l-konnazzjonal Michael Mattle ħa l-fidda.

Sadanittant, iċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-logħob ilbieraħ filgħaxija saret fuq ġewwa minħabba t-temp imprevedibbli fil-pajjiż f’dawn iż-żminijiet, partikolarment wara li fl-edizzjoni tal-1997 kienet għamlet il-borra meta ċ-ċerimonja saret fl-istadium.