Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Edukazzjoni Obbligatorja George Pullicino dalgħodu kellu laqgħa ta’ konsultazzjoni mal-Kapijiet tal-Iskejjel tal-Knisja fid-dawl tal-emendi mressqa mill-Oppożizzjoni għall-Avviż Legali li permezz tiegħu twaqqaf l-Istitut għall-Edukazzjoni.
Il-laqgħa saret fl-uffiċċju tal-Oppożizzjoni fil-Parlament.
Matul il-laqgħa, George Pullicino spjega l-emendi li ressqet l-Oppożizzjoni b’rabta mal-Avviż Legali li permezz tiegħu twaqqaf l-Istitut għall-Edukazzjoni.
Il-Kelliem qal li b’dan l-Avviż Legali, il-Gvern irid li fuq il-Bord tal-Istitut ikun hemm persuna waħda biss innominata mis-settur edukattiv mhux tal-Istat.
George Pullicino spjega kif l-Oppożizzjoni ma taqbilx li l-iskejjel indipendenti u dawk tal-Knisja jkollhom rappreżentant wieħed biss bejniethom, imma li għandu jkun hemm rappreżentant nominat mill-iskejjel tal-Knisja u ieħor nominat mill-iskejjel indipendenti.
Il-Kelliem qal li l-Oppożizzjoni tibża’ li l-Gvern qed joħloq preċedent ikrah li jaf jiġi ripetut f’każi oħra ’l quddiem.
//= $special ?>

