Il-Pulizija ħarġu stqarrija biex jappellaw lill-pubbliku ma jallarmax ruħu hekk kif fl-aħħar jiem fit-toroq Maltin dehru jduru numru ta’ vetturi tal-gwerra armati b’machine guns fuqhom.
Imma filwaqt li kien hemm min beża’, u wħud staqsew x’qed jiġri, fil-verita’ dawn ilv-etturi m’huma xejn ħlief vetturi li qed jintużaw fil-film 13 Hours, li qed jinġibed f’Malta.
13 Hours, tad-Direttur Michael Bay, jirrakkonta l-ġrajja tal-attakk fuq il-konsolat Amerikan f’Benghazi, fejn inqatel l-Ambaxxatur Amerikan J. Christoper Stevens.
//= $special ?>