Lokali

Min qed jiġbor il-flus fl-Imsida mhux veru jirrappreżenta lil Dr Klown

L-għaqda mhux governattiva Dr Klown qalet li rċeviet rapporti li persuni mhux magħrufa qed iħabbtu l-bibien fl-Imsida, jippretendu li jirrappreżentaw lill-organizzazzjoni biex jiġbru l-flus.

L-għaqda qalet li hi ma tiġbor ebda flus b’dan il-mod u biex dawk li jifħulhom il-bibien tagħhom joqgħodu attenti u taħt l-ebda ċirkostanza m’għandhom jagħtu l-flus lil persuni mhux awtorizzati.

L-għaqda qalet li biex tiġbor il-fondi hi torganizza attivitajiet apposta u ħeġġet lil min ikun jaf b’każijiet hekk biex jinfurmaha fuq in-numru tat-telefon 21374676 jew b’email fuq president@drklown.org u jirrappurtaw lill-eqreb għassa tal-Pulizija.