Il-Ministru Joe Mizzi, responsabbli mit-trasport pubbliku, ammetta fil-Parlament li jkun hemm ġranet fejn xi vjaġġi li jkunu skedati fit-trasport pubbliku ma jsirux.
Il-Ministru, Mizzi sejjaħ bħala “natura tal-operat” ir-raġunijiet li ma jsirux il-vjaġġi li jkunu skedati.
Ix-Shadow Minister Marthese Portelli, staqsiet lill-Ministru Joe Mizzi jgħid kemm-il rotta kien hemm nieqsa fit-13 ta’ Mejju li għadda, u x’kienu r-raġunijiet ta’ dan. Staqsiet ukoll jgħid jekk kienx hemm ġranet oħra din is-sena fejn kien hemm rotot neqsin, u jekk iva, jgħid kemm u għala.
Il-Ministru Joe Mizzi, filwaqt li kkonferma li jkun hemm rotot skedati li ma jsirux, ma tax l-informazzjoni mitluba mix-Shadow Minister dwar kemm kienu r-rotot, u qal biss li dan jista’ jiġri minħabba diversi fatturi, fosthom ħsarat fil-karozzi tal-linja u xufiera li jirrappurtaw morda.

Is-Shadow Minister staqsiet ukoll lill-Ministru Mizzi jgħid kemm-il replacement buses ikunu jistgħu jintużaw meta xi karozza tal-linja ta’ fuq ir-rotta tkun bil-ħsara.
//= $special ?>