Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil ilbieraħ irċieva żjara ta’ korteżija fl-uffiċċju tiegħu fid-Dar Ċentrali tal-PN minn membri tal-kumitat tal-Juventus Club Vero Amore fl-okkażjoni tal-40 anniversarju mit-twaqqif tal-klabb.
Il-President Joe Fenech ippreżenta lill-Kap tal-PN pubblikazzjoni bir-ritratti mill-istorja ta’ Juventus bħala rikordju ta’ din iż-żjara.
Il-klabb ta’ Turin din is-sena rebaħ il-Kampjonat Taljan tas-Serie A għar-raba’ sena konsekuttiva, u anke l-Coppa Italia u qed jittama li jagħmel it-treble hekk kif nhar is-Sibt jiffaċċja lil Barcelona fil-finali tal-UEFA Champions League f’Berlin
//= $special ?>


