Internazzjonali Mużika

Bżonn ta’ ġimgħat ta’ mistrieħ għal Enrique Iglesias

Il-feriti li ġarrab il-kantant Enrique Iglesias meta waqt kunċert (ritratt) qabad drone, huma ferm agħar milli kien maħsub għall-ewwel, u se jkollu bżonn ġimgħat ta’ mistrieħ.

Il-kantant ta’ 40 sena weġġa’ idu meta mar biex jaqbad drone li kien qed jieħu ritratti tal-folla waqt kunċert is-Sibt li għadda fil-Messiku.

It-Tnejn hu kien operat fl-Istati Uniti imma issa tħabbar minn kelliem tiegħu li għandu bżonn il-ġimgħat biex jirkupra. Intqal li minbarra li kellu jkun operat minħabba l-qtugħ li ġarrab, Iglesias kien sofra wkoll xi ksur. Issa hu mistenni jkompli bil-kunċerti li kien qed jagħmel fil-Messiku lejn nofs Lulju.