Lokali

FILMAT : “Ħija kien anġlu” – Ayoub Aghil, ħu t-tifel ta’ 10 snin li ttajjar f’Pembroke – Jirrakkonta kif seħħ l-inċident

Ħija kien anġlu. Il-favorit tiegħi minn fost ħuti.” Kliem Ayoub Aghil, żagħżugħ Libjan u ħu Rodwan, it-tifel ta’ għaxar snin li nhar is-Sibt li għada safa’ mtajjar fi Triq Sant’Andrija, f’Pembroke.

F’intervistama’ maltarightnow,com, Ayoub jgħid li kulħadd kien iħobb lil Rodwan għaliex kien dejjem daħqan u ferrieħi.

Għall-familja Libjana li ilha f’Malta madwar sena u nofs, il-mewt traġika ta’ Rodwan hi devastanti, imma tispikka s-serenita’ fuq wiċċ Ayoub, li jgħid li dak hu li ried Alla.

Mhux faċli tgħidha imma dan hu dak li ried Alla. Alla riedu għalih. Ħija issa jinsab f’post aħjar u sigur. Dik hi l-ħajja u ma nsitgħu nagħmlu xejn,” jgħid Ayoub.

Libjan

Libjan 3

Ayoub, wieħed minn għaxar aħwa, jispjega li ħuħ kien attiv ħafna. Minbarra li kien jilgħab fin-nursery ta’ Luxol St. Andrews, hu kien iħobb jilgħab il-basketball. Riċentament Rodwan kien ukoll extra fil-film tad-Direttur Michael Bay, The Tempest, li qed jinġibed f’Malta u jirrakkonta l-ġrajja tal-attakk fuq il-Konsolat Amerikan fil-Libja.

Ħija tant kien kuntent li ntagħżel biex jidher f’dan il-film, li kien jgħid lil sħabu kollha tal-iskola bl-esperjenza li għadda minnha,” jispjega Ayoub.

Libjan 1