Lokali

IL-ĠURNALI DALGĦODU

Ħarsa lejn il-gazzetti li ħarġu llum l-Erbgħa, 3 ta’ Ġunju.

IN-NAZZJON ikompli jsegwi l-każ tax-xogħlijiet f’Għawdex fejn naraw illi l-Ministru Anton Refalo kien iltaqa’ mal-whistleblower f’Ottubru, iżda l-Pulizija ma ġiet infurmata b’xejn.

Dwar il-każ tal-konkos użat biex inbena l-Isptar Mater Dei, il-ġurnal THE MALTA INDEPENDENT jirrapporta li l-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi qatt ma ddiskuta l-closure agreement mal-eks Chairman tal-FMS Paul Camilleri. Minn naħa l-oħra THE TIMES OF MALTA tgħid li Lawrence Gonzi kien jaf li għaddejin taħdidiet fuq dan il-ftehim.

Il-gazzetta MALTA TODAY tirreferi għall-allegat frodi fil-bini tal-Isptar Mater Dei bit-titlu ‘Concretegate’.

L-ORIZZONT jgħid li l-ħaddiema tal-Freeport jeħtieġu bidla fil-union li tirrapreżenthom.