Jekk hemm xi mistoqsijiet dwar il-Park Naturali propost mill-Gvern f’Marsaskala, dawn għandhom ikunu ndirizzati lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u mhux lill-Awtorità għall-Ambjent u l-Ippjanar.
Dan kien irrappurtat mill-gazzetta MaltaToday, f’artiklu li jitkellem dwar il-konfini tal-Park Naturali.
Dawn il-konfini tbiddlu mill-Gvern u mhux mill-MEPA biex ikun jista’ jikber il-Kampus tal-Università Amerikana, li jrid jibni l-Gvern fiż-Żonqor. Il-Gvern irid jagħmel dan il-proġett kollu kemm hu f’Żona ‘l barra mill-Iżvilupp.
Fl-artiku tal-MaltaToday, jingħad li l-ġimgħa li għaddiet il-gazzetta staqsiet lill-MEPA biex tagħti risposta dwar liema entità kienet responsabbli mill-konfini ġodda għall-Park, li se jiċkien biex jikber il-Kampus tal-Università l-ġdida.
Kelliem għall-MEPA wieġeb lill-gazzetta li l-mistoqsijiet aħjar ikunu ndirizzati lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru … li min-naħa tiegħu għadu ma weġibx.
//= $special ?>