L-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi tal-propjetà f’Malta (MDA) ukoll ikkundannat l-aġir ta’ kull min naqas mill-obbligi tiegħu waqt il-bini tal-Isptar Mater Dei.
Irrimarkat li dan l-isptar dam jinbena numru ta’ snin u sewa lill-poplu Malti ’l fuq minn €600 miljun. Saħqet li dan fisser li flus mit-taxxi tal-poplu ġew abbużati.
L-MDA appellat biex jittieħdu passi fil-konfront ta’ kull min seta’ kien responsabbli, mingħajr ebda riservi.
//= $special ?>

