Fil-ġimgħat li għaddew Uffiċjali tad-Dwana fid-diversi Taqsimiet tagħha għamlu numru ta’ qabdiet ta’ sigaretti li kienu intenzjonati li jiddaħħlu, jew li kienu laħqu ddaħħlu, f’Malta bil-kuntrabandu. Dawn il-qabdiet, li kumplessivament jammontaw għal 230,320 sigaretti tal-kuntrabandu u 400 sigarru tal-kuntrabandu rriżultaw wara numru ta’ tfittxijiet li saru kemm hekk kif kienu deħlin fil-pajjiż kif ukoll f’numru ta’ stabbilimenti fis-suq.
Il-qabdiet waqt id-dħul kienu jammontaw għal 147,000 sigarett u 400 sigarru tal-kuntrabandu u inqabdu fil-portijiet wara tfittxija fuq numru ta’ vapuri, fl-ajruport wara tfittxija fil-bagalji ta’ passiggieri li waslu Malta, u fil-Posta u l-Courier wara tfittxija f’numru ta’ pakketti.
Il-qabdiet fis-suq kienu jammontaw għal 83,320 sigarett tal-kuntrabandu u inqabdu wara tfittxijiet f’numru ta’ ħwienet, stabbilimenti, każini, garaxxijiet u vetturi, f’diversi lokalitajiet madwar Malta.
Sadanittant, id-Dipartiment tad-Dwana innota illi fil-ġimgħat li għaddew infiltraw fis-suq Malti ammonti żgħar ta’ sigaretti bil-marka American Legend, Tradition u Manchester.
//= $special ?>

