Futbol Sport

Rapporti li Blatter qed jiġi investigat ukoll

Rapporti fil-media Amerikana qed jgħidu li l-President tal-FIFA Sepp Blatter qed jiġi investigat minn Uffiċjali tal-Istati Uniti bħala parti minn Inkjesta li qed issir dwar il-korruzzjoni fl-organizzazzjoni li tmexxi l-futbol fid-dinja.

L-aħbar ħarġet sigħat wara li Blatter, li għandu 79 sena, ħabbar li kien se jirriżenja mill-kariga. Il-ġimgħa li għaddiet, Prosekuturi mill-Istati Uniti bdew investigazzjoni kriminali, b’seba’ Uffiċjali tal-FIFA arrestati fl-Iżvizzera jkunu parti minn grupp ta’ 14-il persuna investigata.

Jumejn wara li saru dawn l-arresti, Blatter kien ikkonfermat President tal-FIFA għall-ħames terminu tiegħu. Issa, Uffiċajli Amerikani kienu kkwotati jgħidu li qed jittamaw li jkollhom il-koperazzjoni ta’ wħud mill-Uffiċjali tal-FIFA ħalli jkun jista’ jinbena l-każ kontra Blatter.

Aktar dettalji dalwaqt …