Mara ta’ 84 sena spiċċat f’Malta bi żball wara li telgħet abbord ajruplan tal-Easy Jet li mingħaliha kellu jwassalha f’Ateni. U biex tkompli tgħaxxaqha, il-bagalja tagħha waslet fid-destinazzjoni fejn suppost, Ateni.
L-inċident seħħ ix-xahar li għadda fl-Ajruport ta’ Manchester. Dan l-ajruport diġa’ għadda minn episodju simili meta tifel ta’ 11-il sena fl-2011 tħalla jtir għal Ruma mingħajr passaport jew boarding pass.
Fl-inċident tax-xahar li għadda, il-vittma kienet Argyro Aretaki li ma titkellmix bl-Ingliż u għandha problema ta’ mobilta’.
Jirriżulta li l-anzjana tħalliet fuq siġġu tar-roti qrib gate li taħti għar-runway. Malli ndunat li ħadd ma kien se jwassalha, hi qabdet u segwiet il-folla u telgħet abbord ajruplan minnhom.
Fl-istess ħin kienu se jtiru żewġ ajruplani tal-Easy Jet, wieħed lejn Malta u l-ieħor lejn Ateni … u l-isfortuna riedet li l-anzjana titla’ fuq l-ajruplan ħażin.
Biex tkompli tgħaxxaqha, malli telgħet abbord sabet lil ħaddieħor fil-post tagħha. Meta uriet il-boarding pass tagħha lill-crew, mhux talli ma ndunawx bl-iżball, anzi qalulha biex tpoġġi f’post ieħor.
//= $special ?>