Echosmith u Tori Kelly se jingħaqdu fil-lista ta’ artista għal Isle of MTV 2015. Dan wara li fil-jiem li għaddew, l-istazzjon mużikali MTV u l-Awtorita’ Maltija tat-Turiżmu ħabbru li l-kantant ta’ fama internazzjonali Jason Derulo se jkun qed jifforma parti mil-‘line-up’ tal-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Isle of MTV.
L-Isle of MTV se jkun qed jirritorna dan is-sajf għad-disa’ sena konsekuttiva u se jsir fis-7 ta’ Lulju fuq il-Fossos tal-Floriana.
B’hekk l-artisti kollha għal Isle of MTV se jkunu DJ Martin Garrix, Jason Derulo, Jess Glynne, Echosmith and Tori Kelly.
//= $special ?>