Qed ikomplu joħorġu aktar żviluppi ġodda dwar l-iskandlu Gaffarena, hekk kif fil-ħarġa tal-lum, il-ġurnal The Times of Malta żvela dettalji ta’ kif seħħet il-kronoloġija tal-fatti fl-espropjazzjoni ta’ binja fil-Belt.
Il-palazz inxtara minn Gaffarena u fi żmien qasir inxtara mill-Gvern. Issa qed jirriżulta li Gaffarena kien f’kuntatt mal-Gvern saħansitra qabel ma xtara l-propjetà.
Dawn l-aħħar żviluppi qed iwasslu għal allegazzjonijiet serji li l-affarijiet ġew miftehma bizzilla ħalli Gaffarena jkun imwieghed flus għall-propjetà li kien se jixtri fil-Belt.
//= $special ?>