Sudaniż ta’ 19-il sena sofra minn ġrieħi gravi, wara li kien involut f’ argument fil-Belt Valletta.
L-argument seħħ għall ħabta tal- 17:10 fi Triq Sant’ Ursola, il-Belt.
Mill-ewwel investigazzjoni jidher li seħħ argument bejn il-ġuvni ta’ 19-il sena u raġel ta’ nazzjonalita’ Libjana ta’ 31 sena residenti Ħal-Far.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-guvni ta’ 19-il sena l-Isptar mater Dei, filwaqt li r-raġel ta’ 31 sena nżamm mill-Pulizija għal aktar stħarriġ.
L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.
//= $special ?>