L-ewwel ġurnata tas-Segretarju Ġenerali l-ġdida Rosette Thake kienet waħda impenjattiva b’diversi laqgħat fid-Dar Ċentrali f’Tal-Pieta’. Chris Said ta ċ-ċavetta tal-uffiċċju tas-Segretarju Ġenerali lil Rosette Thake waqt l-ewwel laqgħa fid-Dar Ċentrali. Aktar tard, Rosette Thake kellha wkoll laqgħa mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil, u ltaqgħet mal-ħaddiema kemm tad-Dar Ċentrali kif ukoll dawk li jaħdmu fil-media tal-Partit.
Rosette Thake hija l-ewwel Segretarju Ġenerali mara tal-Partit Nazzjonalista u ġiet eletta waqt l-laqgħa tal-Kumitat Eżekuttiv l-Erbgħa filgħaxija. Rosette Thake ilha għal dawn l-aħħar sentejn taħdem fil-Partit Nazzjonalista.
Waqt l-istess laqgħa tal-Eżekuttiv, ġew ikkonfermati wkoll il-karigi uffiċjali oħra tal-Partit Nazzjonalista.