Lokali

Ħaddiem ta’ 17-il sena jmut wara li nqabad minn qaddu f’magna ta’ fabbrika

Matthew Bartolo, ħaddiem ta’ 17-il sena tilef ħajtu traġikament wara li nqabad mill-magna li kien qed jaħdem fiha f’fabbrika f’Ħal Luqa.

L-inċident seħħ għall-ħabta tan-12.30pm fil-fabbrika Construct Furniture, meta l-ħaddiem kien qed jagħmel xi xogħol u għal xi raġuni nqabad minn qaddu fil-magna tal-injam li kien qed jaħdem biha.

Iż-żagħżugħ ittieħed immedjatament l-Isptar, iżda tilef il-ġlieda mal-mewt ftit tal-ħin wara.

Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa Neville Camilleri, li ordna inkjesta u apponta diversi esperti biex jassistuh.

Il-Pulizija għadha qed tinvestiga l-każ.