Wara s-suċċess tal-album ‘Hawn Jien’, b’kanzunetti oriġinali bil-Malti li l-kantawtriċi Corazón nediet is-sena l-oħra, f’Jannar, il-kantawtriċi tellgħet kunċert li jakkumpanja l-album fil-Każin Malti, il-Belt Valletta.
Fil-kunċert ma setgħux jonqsu li jindaqqu wkoll kanzunetti popolari bħal ngħidu aħna Tal-Aħħar u Fid-Dar tan-Nanna. Waqt dan l-istess kunċert tnedew żewġ kanzunetti bil-Malti ġodda. Il-kanzunetti kollha ġew eżegwiti
live bi grupp ta’ mużiċisti mill-aqwa.
Corazon ħasset li l-isbaħ mod kif tippreżenta l-kanzunetti tagħha kien f’ambjent intimu, f’post li jesa’ ftit aktar minn 300 ruħ. Il-biljetti tal-kunċert kienu mibjugħin kollha sa ġimgħa qabel u ħafna ħarġu ddiżappuntati għaliex ma sabux post u ma setgħux jattendu għal dan il-kunċert. Għal dawn il-persuni u għal dawk li attendew u jixtiequ jġeddu l-memorja ta’ din l-esperjenza, il-kunċert ser ikun qed jixxandar nhar is-Sibt 21 ta’ Ġunju fit-20.40 b’ripetizzjoni nhar l-Erbgħa 24 ta’ Ġunju fl-22.00 fuq TVM2.
//= $special ?>