Lokali

IL-ĠURNALI DALGĦODU

Ħarsa lejn il-gazzetti li ħarġu llum il-Ħamis, 4 ta’ Ġunju.

IN-NAZZJON b’ritratt ta’ Rosette Thake hekk kif ilbieraħ ġiet eletta Segretarju Ġenerali ġdid tal-PN.

L-ORIZZONT jgħid illi l-Gvern se jibda jsewwi l-konkos tal-Mater Dei is-sena d-dieħla.

THE MALTA INDEPENDENT tikkwota lis-Segretarju Parlamentari Chris Fearne jgħid illi għalissa mhux se jpoġġi fuq blacklist lil dawk il-kuntratturi li ssemmew fl-Inkjesta dwar il-materjal difettuż fil-Mater Dei.

Il-gazzetta TIMES OF MALTA tiżvela li Gaffarena xtara l-propjeta’ tal-Belt Valletta “wara li kien diġa’ tkellem mal-Gvern Laburista”.