Il-General Workers’ Union ħadet ir-rikonoxximent tal-ħaddiema tal-Freeport wara elezzjoni mifruxa fuq jumejn. Ir-riżultat uffiċjali li tħabbar il-Ħamis hu dak ta’ 293 vot favur il-GWU u 240 vot għall-Union Ħaddiema Magħqudin.
Fil-jiem ta’ qabel il-vot, il-Union Ħaddiema Magħqudin fetħet Protest Ġudizzjarju fil-Qorti kontra l-ġurnal tal-General Workers’ Union, l-Orizzont, dwar l-istorja ppubblikata u jingħad li l-ħaddiema ntalbu biex jieħdu ritratt tal-vot tagħhom u li dan iridu juruh meta jitolbu għajnuna lill-UĦM – storja li skont il-UĦM hi waħda minn numru ta’ “stejjer ivvintati, inveritieri, malinni u dannużi” fil-konfront tagħha.
//= $special ?>