Internazzjonali Saħħa

IL-KOREA T’ISFEL: Fuq l-allert minħabba l-MERS

Ingħalqu iktar minn 700 skola fil-Korea t’Isfel hekk kif mietet it-tielet persuna kaġun tal-virus Mers. L-ammont tal-infettati mill-virus issa tela’ għal 35.
L-awtoritajiet fil-Korea t’Isfel, sadanittant, qed ikunu kkritikati minħabba r-reazzjoni tagħhom għall-inċidenza tal-virus. Dan wara li sar magħruf li persuna infettata marret tilgħab il-golf waqt li persuna oħra – ukoll indikata bħala infettata – qabdet ajruplan lejn iċ-Ċina.
Skont l-uffiċjali, iktar minn 1,600 persuna qed jinżammu fi kwarantina.
L-inċidenza tal-virus inkwistjoni hi l-akbar waħda li seħħet s’issa barra l-Lvant Nofsani. Il-marda tal-Mers kienet feġġet għall-ewwel darba fl-Arabja Sawdija fl-2012.
Aktar f’IN-NAZZJON tas-Sibt