Futbol Sport

Josef Mansueto qrib li jissieħeb lil Birkirkara

Il-possibilta’ kbira hi li l-eks kowċ ta’ Qormi F.C. Josef Mansueto jkun l-Assistent Kowċ ta’ Giovanni Tedesco ma’ Birkirkara.

Mill-informazzjoni li għandna kollox jindika li ftehim bejn iż-żewġ partijiet hu imminenti, u l-firma saħansitra tista’ tasal fi tmiem il-ġimgħa,

Fl-aħħar jiem kien hemm ukoll interess tal-klabb tal-Premier Pembroke F.C. bil-possibilta’ li jkun hu s-suċċessur ta’ Jacques Scerri fit-tmexxija tal-iskwadra ewlenija.

Dan is-sit hu nfurmat li fl-aħħar jiem saru laqgħat bejn iż-żewġ partijiet madankollu jidher li Mansueto hu iktar dirett lejn Birkirkara.

L-aħbar li Birkirkara huma nteressati fis-servizzi ta’ Mansueto diġa’ kienet żvelata minn dan is-sit madwar ġimgħa ilu.

Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).