Futbol Sport

Jurgen Degabriele jista’ jħalli lil Hibernians

Il-plejer internazzjonali Malti fil-livell taż-żgħar u attakkant ta’ Hibernians, Jurgen Degabriele qed jinteressa żewġ klabbs mill-Kampjonat Premier. Dawn huma Luxol St. Andrew’s ta’ Wayne Attard u Tarxien Rainbows, li mistennija jkollhom lil Jacques Scerri fit-tmexxija tagħhom.

Dan tal-aħħar kien diġa’ ipprova jikseb is-servizz ta’ Degabriele f’Jannar li għadda meta kien kowċ ma’ Pembroke fl-ewwel diviżjoni.

Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).